Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0015

    Kawża T-15/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – OCU vs BĊE (“Aċċess għal dokumenti – Deċiżjoni 2004/258/KE – Dokumenti relatati mal-adozzjoni ta’ dispożittiv ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni protetta bħala tali bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni – Kunċett ta’ informazzjoni kunfidenzjali – Derogi mill-obbligu ta’ sigriet professjonali – Drittijiet tad-difiża”)

    ĠU C 490, 6.12.2021, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 490/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2021 – OCU vs BĊE

    (Kawża T-15/18) (1)

    (“Aċċess għal dokumenti - Deċiżjoni 2004/258/KE - Dokumenti relatati mal-adozzjoni ta’ dispożittiv ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni protetta bħala tali bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni - Kunċett ta’ informazzjoni kunfidenzjali - Derogi mill-obbligu ta’ sigriet professjonali - Drittijiet tad-difiża”)

    (2021/C 490/28)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Organización de Consumidores y Usuarios (OCU) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Martínez Martínez u C. López-Mélida de Ramón, avukati)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: T. Filipova, D. Báez Seara u F. von Lindeiner, aġenti, assistiti minn M. Kottmann, avukat)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, J. Rius, C. Ehrbar u A. Steiblytė, aġenti), Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: J. Rodríguez Cárcamo u A. Rodríguez Conde, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-BĊE LS/MD/17/428 tas-17 ta’ Novembru 2017 li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti relatati mal-adozzjoni ta’ dispożittiv ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Organización de Consumidores y Usuarios (OCU) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea u Banco Santander, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 83, 5.3.2018.


    Top