EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0681

Kawża C-681/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Brescia (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2018 – JH vs KG

ĠU C 35, 28.1.2019, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Brescia (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2018 – JH vs KG

(Kawża C-681/18)

(2019/C 35/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Brescia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: JH

Konvenut: KG

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2008/104/KE tad-19 ta’ Novembru 2008 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 276/2003, kif emendat bid-Digriet Liġi Nru 34/2014, li (a) ma jipprevedix limiti għall-assenjazzjonijiet suċċessivi tal-istess ħaddiem mal-istess impriża utenti; (b) ma jissuġġettax il-leġittimità tal-użu ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema, minn aġenzija tax-xogħol, għal żmien determinat għall-obbligu li jiġu indikati r-raġunijiet ta’ natura teknika, ta’ produttività, ta’ organizzazzjoni jew ta’ sostituzzjoni tal-użu tat-tqegħid għad-dispożizzjoni nnifsu; (c) ma jipprevedix ir-rekwiżit li l-ħtieġa ta’ produttività rispettiva tal-impriża utenti għandha tkun temporanja bħala kundizzjoni għall-użu leġittimu ta’ tali forma ta’ kuntratt ta’ xogħol?


(1)  Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzij (ĠU 2008, L 327, p. 9)


Top