This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0307
Case C-307/18: Reference for a preliminary ruling from Competition Appeal Tribunal, London (United Kingdom) made on 7 May 2018 — Generics (UK) Ltd, GlaxoSmithKline plc, Xellia Pharmaceuticals ApS, Alpharma, LLC, formerly Zoetis Products LLC, Actavis UK Ltd and Merck KGaA v Competition and Markets Authority
Kawża C-307/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Competition Appeal Tribunal, London (ir-Renju Unit) fis-7 ta’ Mejju 2018 – Generics (UK) Ltd, GlaxoSmithKline plc, Xellia Pharmaceuticals ApS, Alpharma, LLC, li kienet Zoetis Products LLC, Actavis UK Ltd u Merck KGaA vs Competition and Markets Authority
Kawża C-307/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Competition Appeal Tribunal, London (ir-Renju Unit) fis-7 ta’ Mejju 2018 – Generics (UK) Ltd, GlaxoSmithKline plc, Xellia Pharmaceuticals ApS, Alpharma, LLC, li kienet Zoetis Products LLC, Actavis UK Ltd u Merck KGaA vs Competition and Markets Authority
         ĠU C 240, 9.7.2018, pp. 29–31
		 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
         
      
Kawża C-307/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Competition Appeal Tribunal, London (ir-Renju Unit) fis-7 ta’ Mejju 2018 – Generics (UK) Ltd, GlaxoSmithKline plc, Xellia Pharmaceuticals ApS, Alpharma, LLC, li kienet Zoetis Products LLC, Actavis UK Ltd u Merck KGaA vs Competition and Markets Authority
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Competition Appeal Tribunal, London (ir-Renju Unit) fis-7 ta’ Mejju 2018 – Generics (UK) Ltd, GlaxoSmithKline plc, Xellia Pharmaceuticals ApS, Alpharma, LLC, li kienet Zoetis Products LLC, Actavis UK Ltd u Merck KGaA vs Competition and Markets Authority
(Kawża C-307/18)
2018/C 240/33Lingwa tal-kawża: l-IngliżQorti tar-rinviju
Competition Appeal Tribunal, London
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Generics (UK) Ltd, GlaxoSmithKline plc, Xellia Pharmaceuticals ApS, Alpharma, LLC, li kienet Zoetis Products LLC, Actavis UK Ltd u Merck KGaA
Konvenuta: Competition and Markets Authority
Domandi preliminari
Kompetizzjoni potenzjali
| 
             1)  | 
         
             Għall-finijiet tal-Artikolu 101(1) TFUE, id-detentur ta’ privattiva għal prodott farmaċewtiku u kumpannija ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi li qed tfittex li tidħol fis-suq b’verżjoni ġenerika tal-prodott mediċinali għandhom jitqiesu bħala kompetituri potenzjali meta l-partijiet ikunu f’tilwima bona fide dwar jekk il-privattiva hijiex valida u/jew il-prodott mediċinali ġeneriku jiksirx il-privattiva?  | 
      
| 
             2)  | 
         
             Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti jekk: 
 
 
  | 
      
Restrizzjoni minħabba l-għan
| 
             3)  | 
         
             Meta jkun hemm proċeduri ġudizzjarji pendenti dwar il-validità ta’ privattiva għal prodott farmaċewtiku u dwar jekk prodott mediċinali ġeneriku jiksirx din il-privattiva, u ma jkunx possibbli li tiġi ddeterminata l-probabbiltà li xi waħda mill-partijiet tkun ser tirbaħ f’dawn il-proċeduri, ikun hemm restrizzjoni għall-kompetizzjoni minħabba l-“għan” għall-finijiet tal-Artikolu 101(1) TFUE meta l-partijiet jaslu għal ftehim dwar din it-tilwima fejn: 
 
  | 
      
| 
             4)  | 
         
             Ir-risposta għat-tielet domanda tkun differenti jekk: 
 
  | 
      
| 
             5)  | 
         
             Ir-risposti għat-tielet u r-raba’ domanda jkunu differenti jekk il-ftehim jipprevedi l-provvista mid-detentur tal-privattiva lill-kumpannija ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi ta’ volumi sinjifikattivi iżda limitati ta’ prodott mediċinali ġeneriku awtorizzat u dan il-ftehim: 
 
  | 
      
Restrizzjoni minħabba l-effett
| 
             6)  | 
         
             Fiċ-ċirkustanzi spjegati fid-domandi tlieta sa ħamsa, hemm restrizzjoni tal-kompetizzjoni “bħala riżultat” għall-finijiet tal-Artikolu 101(1) TFUE jew sabiex ikun hemm tali restrizzjoni huwa meħtieġ li l-qorti tikkonstata li, fl-assenza ta’ dan il-ftehim: 
 
  | 
      
Definizzjoni tas-suq
| 
             7)  | 
         
             Meta prodott farmaċewtiku protett bi privattiva jkun terapewtikament sostitwibbli b’numru ta’ prodotti mediċinali oħra fi klassi, u l-abbuż allegat għall-finijiet tal-Artikolu 102 TFUE jkun aġir mid-detentur tal-privattiva li effettivament jeskludi verżjonijiet ġeneriċi ta’ dan il-prodott mediċinali mis-suq, huma dawn il-prodotti mediċinali ġeneriċi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-iskop tad-definizzjoni tas-suq rilevanti tal-prodott, għalkemm ma setgħux jidħlu fis-suq legalment qabel l-iskadenza tal-privattiva, jekk (li hija inċerta) il-privattiva hija valida u miksura minn dawn il-prodotti mediċinali ġeneriċi?  | 
      
Abbuż
| 
             8)  | 
         
             Fiċ-ċirkustanzi msemmija fid-domandi tlieta sa ħamsa iktar 'il fuq, jekk id-detentur tal-privattiva jinsab f’pożizzjoni dominanti, l-aġir tiegħu meta jidħol f’tali ftehim jikkostitwixxi abbuż fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE?  | 
      
| 
             9)  | 
         
             Ir-risposta għat-tmien domanda tkun differenti jekk id-detentur tal-privattiva jagħmel ftehim ta’ dan it-tip mhux bħala soluzzjoni għal litigazzjoni attwali iżda sabiex jevita li tinbeda litigazzjoni?  | 
      
| 
             10)  | 
         
             Ir-risposta għat-tmien jew id-disa’ domanda tkun differenti jekk: 
 
 
  |