Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0099

Kawża C-99/18 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2018 minn FTI Touristik GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-30 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-475/16, FTI Touristik GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 182, 28.5.2018, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/8


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2018 minn FTI Touristik GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-30 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-475/16, FTI Touristik GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-99/18 P)

(2018/C 182/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: FTI Touristik GmbH (rappreżentant: A. Parr, Rechtsanwältin)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Novembru 2017 mit-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali (T-475/16);

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija bbażata fuq ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1). Hija ssostni li s-sentenza hija vvizzjata b’insuffiċjenza ta’ motivazzjoni. Hija tgħid li l-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi ta’ fatt kollha li fl-interazzjoni tagħhom huma essenzjali għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni. Dan jikkostitwixxi żball ta’ liġi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU 2009, L 78, p. 1, kif emendat (issostitwit permezz tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, ĠU 2017, L 154, p. 1).


Top