Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0559

    Kawża C-559/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – TDK-Lambda Germany GmbH vs Hauptzollamt Lörrach (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KEE) Nru 2658/87 – Unjoni doganali u tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tariffarja – Nomenklatura Magħquda – Subintestatura 85044030 – Konvertituri statiċi – Kriterji ta’ klassifikazzjoni – Użu essenzjali)

    ĠU C 383, 11.11.2019, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 383/35


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – TDK-Lambda Germany GmbH vs Hauptzollamt Lörrach

    (Kawża C-559/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestatura 85044030 - Konvertituri statiċi - Kriterji ta’ klassifikazzjoni - Użu essenzjali)

    (2019/C 383/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Baden-Württemberg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: TDK-Lambda Germany GmbH

    Konvenuta: Hauptzollamt Lörrach

    Dispożittiv

    Is-subintestatura 85 044 030 ta-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat 23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-konvertituri statiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħu jiġu kklassifikati taħt l-imsemmija subintestatura biss jekk l-użu intenzjonat essenzjali tagħhom ikun għal ma’ “apparat ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ data u unitajiet tagħhom”, fis-sens ta’ din is-subintestatura, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 436, 3.12.2018


    Top