This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0145
Case C-145/18: Judgment of the Court (Second Chamber) of 5 September 2019 (request for a preliminary ruling from the Conseil d’État — France) — Regards Photographiques SARL v Ministre de l’Action et des Comptes publics (Reference for a preliminary ruling – Common system of value added tax (VAT) – Directive 2006/112/EC – Article 103(2)(a) – Article 311(1), point 2 – Annex IX, Part A, point 7 – Reduced rate of VAT – Works of art – Concept – Photographs taken by the artist, printed by him or under his supervision, signed and numbered and limited to 30 copies – National legislation restricting the application of the reduced rate of VAT only to photographs that have artistic character)
Kawża C-145/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État - Franza) – Regards Photographiques SARL vs Ministre de l’Action et des Comptes publics (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 103(2)(a) – Il-punt 2 tal-Artikolu 311(1) – Il-punt 7 tal-Parti A tal-Anness IX – Rata mnaqqsa ta’ VAT – Xogħlijiet tal-arti – Kunċett – Ritratti meħuda mill-artist, stampati minnu jew taħt is-sorveljanza tiegħu, iffirmati u nnumerati bil-limitazzjoni ta’ tletin kopja – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ VAT biss għar-ritratti li jkunu ta’ natura artistika)
Kawża C-145/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État - Franza) – Regards Photographiques SARL vs Ministre de l’Action et des Comptes publics (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 103(2)(a) – Il-punt 2 tal-Artikolu 311(1) – Il-punt 7 tal-Parti A tal-Anness IX – Rata mnaqqsa ta’ VAT – Xogħlijiet tal-arti – Kunċett – Ritratti meħuda mill-artist, stampati minnu jew taħt is-sorveljanza tiegħu, iffirmati u nnumerati bil-limitazzjoni ta’ tletin kopja – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ VAT biss għar-ritratti li jkunu ta’ natura artistika)
ĠU C 383, 11.11.2019, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/22 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État - Franza) – Regards Photographiques SARL vs Ministre de l’Action et des Comptes publics
(Kawża C-145/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 103(2)(a) - Il-punt 2 tal-Artikolu 311(1) - Il-punt 7 tal-Parti A tal-Anness IX - Rata mnaqqsa ta’ VAT - Xogħlijiet tal-arti - Kunċett - Ritratti meħuda mill-artist, stampati minnu jew taħt is-sorveljanza tiegħu, iffirmati u nnumerati bil-limitazzjoni ta’ tletin kopja - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ VAT biss għar-ritratti li jkunu ta’ natura artistika)
(2019/C 383/22)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Regards Photographiques SARL
Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics
Dispożittiv
1) |
Sabiex jitqiesu bħala xogħlijiet tal-arti li jistgħu jibbenefikaw mir-rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), skont l-Artikolu 103(1) u (2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-punt 2 tal-Artikolu 311(1) ta’ din id-direttiva kif ukoll mal-punt 7 tal-Parti A tal-Anness IX tagħha, ir-ritratti għandhom jissodisfaw il-kriterji f’dan il-punt 7 sa fejn dawn ikunu ttieħdu mill-awtur tagħhom, ġew stampati minnu jew taħt is-sorveljanza tiegħu, ġew iffirmati u nnumerati bil-limitazzjoni ta’ tletin kopja, bl-esklużjoni ta’ kull kriterju ieħor, b’mod partikolari l-evalwazzjoni, mill-awtorità fiskali nazzjonali kompetenti, tan-natura artistika tagħhom. |
2) |
L-Artikolu 103(1) u (2)(a) tad-Direttiva 2006/112, moqri flimkien mal-punt 2 tal-Artikolu 311(1) ta’ din id-direttiva kif ukoll mal-punt 7 tal-Parti A tal-Anness IX tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ VAT biss għar-ritratti li jkunu ta’ natura artistika, sa fejn l-eżistenza ta’ din in-natura tal-aħħar hija suġġetta għal evalwazzjoni mill-awtorità fiskali nazzjonali kompetenti li ma hijiex eżerċitata fil-limiti ta’ kriterji oġġettivi, ċari u preċiżi, stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jippermettu li jiġu ddeterminati bi preċiżjoni r-ritratti li għalihom l-imsemmija leġiżlazzjoni tirriżerva l-applikazzjoni ta’ din ir-rata mnaqqsa, b’mod li jiġi evitat ksur tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali. |