Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0339

    Kawża T-339/17: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2017 – Shenzhen Jiayz Photo Industrial vs EUIPO – Seven (sevenoak)

    ĠU C 239, 24.7.2017, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 239/60


    Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2017 – Shenzhen Jiayz Photo Industrial vs EUIPO – Seven (sevenoak)

    (Kawża T-339/17)

    (2017/C 239/72)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Shenzhen Jiayz Photo Industrial Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina) (rappreżentant: M. de Arpe Tejero, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven SpA (Leini, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “SEVENOAK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 521 125

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-23 ta’ Marzu 2017, fil-Każ R 1326/2016-1

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 521 125 “SEVENOAK” għall-prodotti kollha inklużi fl-applikazzjoni;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top