Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 62017TN0074

    Kawża T-74/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2017 – Danjaq vs EUIPO – Formosan (Shaken, not stirred)

    ĠU C 121, 18.4.2017, S. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 121/36


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2017 – Danjaq vs EUIPO – Formosan (Shaken, not stirred)

    (Kawża T-74/17)

    (2017/C 121/53)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Danjaq, LLC (Los Angeles, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Baran u G. Messenger, barristers, D. Stone u A. Dykes, solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Formosan IP (Oxford, ir-Renju Unit)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Shaken, not stirred” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 406 343

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO fil-Każ R 255/2016-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom stess u għal dawk tar-rikorrenti.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.


    nach oben