This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0061
Case T-61/17: Action brought on 22 January 2017 — Selimovic v Parliament
Kawża T-61/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2017 – Selimovic vs Il-Parlament
Kawża T-61/17: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2017 – Selimovic vs Il-Parlament
ĠU C 121, 18.4.2017, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/35 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2017 – Selimovic vs Il-Parlament
(Kawża T-61/17)
(2017/C 121/52)
Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż
Partijiet
Rikorrent: Jasenko Selimovic (Hägersten, l-Iżvezja) (rappreżentant: B. Leidhammar, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Novembru 2016, D 203109 u D 203110 (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni tal-President”); |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Diċembru 2016, PE 595.204/BUR/DEC (iktar 'il quddiem id-“deċiżjoni tal-uffiċċju”); |
— |
tiddeċiedi malajr fuq il-mertu; |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lir-rikorrent kumpens u interessi ta’ ammont li ser jiġi ppreċiżat iktar 'il quddiem. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv: ir-rikorrent isostni li ma wettaqx il-fatt ta’ fastidju psikoloġiku li huwa akkużat bih abbażi ta-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal. |
2. |
It-tieni motiv: ir-rikorrent isostni li d-deċiżjonijiet ġew adottati skont proċedura li hija kuntrarja għall-prinċipji ġenerali tal-istat ta’ dritt u tad-dritt għal smiegħ xieraq kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-QEDB, minħabba b’mod partikolari dan li ġej: l-istess parti wettqet l-investigazzjoni, eżaminat il-provi u ħadet id-deċiżjoni (jiġifieri fil-kuntest ta’ sistema inkwiżitorja). Id-deċiżjonijiet li ttieħdu ma huma bbażati fuq ebda deskrizzjoni preċiża tal-fatti. Ir-rikorrent isostni li ġie mċaħħad mill-possibbiltà li jkun jaf biex kien akkużat konkretament u li ma ngħatax il-mezzi sabiex jirrifjuta fil-mertu l-akkużi. Ir-rikorrent ma ġiex awtorizzat jagħmel, hu stess jew permezz ta’ rappreżentant, domandi lil dawk li akkużawh jew lix-xhieda li intervenew u li nżammu sigrieti. Ma kellux żmien ta’ preparazzjoni biżżejjed. Il-Parlament Ewropew ma ħax pożizzjoni dwar il-motivi u l-provi tar-rikorrent u ma pprovax il-ksur tar-Regolamenti tal-Persunal. |
3. |
It-tielet motiv: ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni tal-uffiċju li tiċħad it-talba tiegħu intiża għall-eżami tal-mertu tad-deċiżjoni tal-President ittieħdet mingħar bażi legali. |
4. |
Ir-raba motiv: ir-rikorrent isostni li l-proċessi sigrieti wara proċedura inkwiżitorja, mingħajr possibbiltà għal deputat li jsir jaf jew li jiċħad akkużi ġenerali ta’ fastidju, jikkostitwixxu theddida għad-demokrazija. B’mod partikolari, fid-dawl tad-dannu li deċiżjoni ta’ kundanna ġġib għall-kapaċità ta’ azzjoni politika ta’ elett. |
5. |
Il-ħames motiv: ir-rikorrent isostni li l-kwistjoni għandha tiġi deċiża malajr, għaliex dan qiegħed isib diffikultajiet konkreti u prattiċi għall-ħajja politika u sabiex jifforma l-opinjoni fl-Isvezja fl-oqsma li kien magħżul sabiex jaġixxi fil-Parlament. Riabilitazzjoni rapida tbiddel radikalment is-sitwazzjoni u tagħti lir-rikorrent iż-żmien u l-mezzi li jipparteċipa fil-ħajja politika u jibda xogħol [ta’ kampanja] elettorali fid-dawl tal-leġiżlatura li jmiss. |
6. |
Is-sitt motiv: ir-rikorrent isostni li l-Parlament Ewropew aġixxa intenzjonalment jew, fi kwalunkwe każ, b’mod negliġenti meta ma waqqafx il-proċedura diġà fil-mument fejn il-kumitat konsultattiv ma kienx f’pożizzjoni li jirraporta l-iċken fatt li jsostni l-allegazzjoni, li kien biżżejjed speċifiku (fejn, meta, kif) sabiex iservi ta’ bażi għal rikonoxximent/żmentita jew li dwaru huwa possibbli li jittrsessqu provi/provi kuntrarji, u li barra minn hekk ħa deċiżjoni ta’ kundanna anki meta kien jaf bin-nuqqasijiet manifesti tal-fajl fir-rigward taċ-ċertezza legali. Dan ħoloq dannu għar-rikorrent. Id-dannu sostnut jikkonsisti fl-ispejjeż, is-sofferenza u d-diffikultajiet li ltaqa’ magħhom, fir-rigward tal-azzjoni politika tiegħu futura, minħabba d-deċiżjoni. Ir-rikorrent ser jippreċiża ammont raġonevoli iktar 'il quddiem. |