Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0636

    Kawża T-636/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – PlasticsEurope vs ECHA (“REACH – Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb li jiġu eventwalment inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru1907/2006 – Ikkompletar tal-inklużjoni marbuta mas-sustanza bisfenol A f’din il-lista – Artikoli 57 u 59 tar-Regolament Nru 1907/2006 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Proporzjonalità”)

    ĠU C 406, 2.12.2019, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 406/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – PlasticsEurope vs ECHA

    (Kawża T-636/17) (1)

    (“REACH - Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb li jiġu eventwalment inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru1907/2006 - Ikkompletar tal-inklużjoni marbuta mas-sustanza bisfenol A f’din il-lista - Artikoli 57 u 59 tar-Regolament Nru 1907/2006 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità”)

    (2019/C 406/30)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: PlasticsEurope (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Cana, É. Mullier u F. Mattioli, avukati)

    Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere, C. Buchanan u A. Hautamäki, aġenti, assistiti inizjalment minn S. Raes, avukat)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn D. Colas, E. de Moustier u J. Traband, sussegwentement minn D. Colas, J. Traband u A.-L. Desjonquères, aġenti), ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ED/30/2017 tad-Direttur Eżekuttiv tal-ECHA, tas-6 ta’ Lulju 2017, li biha l-entrata eżistenti marbuta mal-bisfenol A fil-lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb li jiġu eventwalment inklużi fl-Anness XIV, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 136, p. 3), konformement mal-Artikolu 59 ta’ dan ir-Regolament, ġiet ikkompletata fis-sens li l-bisfenol A ġiet identifikata wkoll bħala sustanza li tippossjedi proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u li jista’ jkollhom effetti serji fuq is-saħħa tal-bniedem li jagħtu lok għal livell ta’ tħassib ekwivalenti għal dak ikkawżat mill-użu ta’ sustanzi oħra elenkati fl-Artikolu 57(a) sa (e) tal-imsemmi regolament, fis-sens tal-Artikolu 57(f) tal-istess regolament.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    PlasticsEurope għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u minn ClientEarth.

    3)

    Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 382, 13.11.2017.


    Top