Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0330

Kawża T-330/17: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2019 — Ceobus et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna implimentata minn Franza bejn l-1994 u l-2008 — Sussidji għall-investiment mogħtija mir-Reġjun ta’ Île-de-France — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern — Kunċetti ta’ ‘għajnuna eżistenti’ u ta’ ‘għajnuna ġdida’ — Artikolu 107 TFUE — Artikolu 108 TFUE — Artikolu (1)(b)(i) u (v) tar-Regolament (UE) 2015/1589 — Terminu ta’ preskrizzjoni — Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589”)

ĠU C 328, 30.9.2019, pp. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/43


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2019 — Ceobus et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-330/17) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna implimentata minn Franza bejn l-1994 u l-2008 - Sussidji għall-investiment mogħtija mir-Reġjun ta’ Île-de-France - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern - Kunċetti ta’ ‘għajnuna eżistenti’ u ta’ ‘għajnuna ġdida’ - Artikolu 107 TFUE - Artikolu 108 TFUE - Artikolu (1)(b)(i) u (v) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Terminu ta’ preskrizzjoni - Artikolu 17 tar-Regolament 2015/1589”)

(2019/C 328/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ceobus (Génicourt, Franza) u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma indikati fl-anness għas-sentenza (rappreżentant: inizjalment D. de Combles de Nayves, sussegwentement F. Segalen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, C. Georgieva-Kecsmar u T. Maxian Rusche, aġenti)

Talbiet

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1470 tat-2 ta’ Frar 2017 dwar l-iskemi ta’ għajnuna SA.26763 2014/C (eks 2012/NN) implimentata minn Franza favur tal-impriżi ta’ trasport bix-xarabank fir-Reġjun ta’ Île-de-France (ĠU 2017, L 209, p. 24).

Motivi u argumenti prinċipali

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ceobus u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-Anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż proprji tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


Top