Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0234

    Kawża C-234/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta’ Mejju 2017 – XC et

    ĠU C 239, 24.7.2017, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 239/27


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-4 ta’ Mejju 2017 – XC et

    (Kawża C-234/17)

    (2017/C 239/33)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: XC, YB, ZA

    Domanda preliminari

    Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività li jinsiltu minnu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Oberster Gerichtshof (qorti suprema, l-Awstrija) tistħarreġ, fuq talba tal-persuna kkonċernata, deċiżjoni ta’ qorti kriminali li saret res judicata rigward allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni (f’dan il-każ: l-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen), fejn id-dritt nazzjonali [l-Artikolu 363a tal-iStrafprozessordnung (kodiċi ta’ proċedura kriminali)] jipprevedi tali stħarriġ biss fil-każ ta’ allegat ksur tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali jew ta’ wieħed mill-protokolli tagħha?


    Top