Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0110

    Kawża C-110/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

    ĠU C 121, 18.4.2017, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 121/19


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

    (Kawża C-110/17)

    (2017/C 121/27)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u N. Gossement, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

    Talbiet

    tikkonstata li, billi żamm fis-seħħ dispożizzjonijiet li, fil-qasam ta’ valutazzjoni tad-dħul relatat mal-immobbli mhux mikrija, jew mikrija, jew lil persuni fiżiċi li ma jagħmlux użu professjonali minnhom, jew lil persuni ġuridiċi li jpoġġuhom għad-dispożizzjoni ta’ persuni fiżiċi għal finijiet privati, il-bażi taxxabbli hija kkalkolata fuq il-valur stmat għal dak li jirrigwarda l-beni fit-territorju nazzjonali, u fuq il-valur tal-kera reali fir-rigward tal-immobbli barra mill-pajjiż, ir-Renju tal-Belġju kiser l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u

    tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-Kummissjoni tqis li l-Belġju kiser l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 63 TFUE u taħt l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

    Filwaqt li hija tinnota t-tentattivi tal-Belġju biex iwaqqaf il-ksur, il-Kummissjoni tqis li l-eżistenza tal-ksur hija pprovata mid-data ta’ skadenza ta’ xahrejn stabbilit fl-opinjoni motivata, jiġifieri s-26 ta’ Marzu 2012.


    Top