Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0016

    Kawża C-16/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fit-13 ta’ Jannar 2017 – TGE Gas Engineering GmbH – Sucursal em Portugal vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    ĠU C 104, 3.4.2017, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 104/34


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fit-13 ta’ Jannar 2017 – TGE Gas Engineering GmbH – Sucursal em Portugal vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    (Kawża C-16/17)

    (2017/C 104/49)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: TGE Gas Engineering GmbH – Sucursal em Portugal

    Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

    Domanda preliminari

    1)

    L-Artikoli 44, 45, 132(1)(f), 167, 168, 169, 178, 179 u 192A, 193, 194 u 196 tad-Direttiva tal-VAT (Direttiva 2006/112) (1), l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 (2) u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali Portugiża tirrifjuta d-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT lil fergħa ta’ kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż, f’sitwazzjoni fejn:

    il-kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż tkun kisbet numru ta’ identifikazzjoni fiskali fil-Portugall għat-twettiq ta’ att uniku, b’mod speċifiku “xiri ta’ ishma”, marbuta ma’ entità mhux residenti mingħajr stabbiliment stabbli;

    sussegwentement, il-fergħa tal-imsemmija kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż tiġi rreġistrata fil-Portugall, fejn tingħata numru fiskali speċifiku għaliha, inkwantu stabbiliment stabbli ta’ din il-kumpannija;

    wara, il-kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż, li tkun użat l-ewwel numru ta’ identifikazzjoni, tikkonkludi ma’ impriża oħra kuntratt ta’ kostituzzjoni ta’ grupp ta’ interess ekonomiku (GIE), għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ appalt fil-Portugall;

    sussegwentement, il-fergħa, wara li tuża n-numru fiskali speċifiku għaliha, tikkonkludi kuntratt ta’ subappalt mal-GIE, li jelenka l-prestazzjonijiet reċiproċi bejn il-fergħa u l-GIE u li dan tal-aħħar jaddebita lis-subappaltaturi, skont il-proporzjonijiet miftiehma, l-ispejjeż inkorsi minnu;

    il-GIE jindika, fin-noti ta’ debitu li bagħat biex jaddebita l-ispejjeż lill-fergħa, in-numru ta’ identifikazzjoni fiskali ta’ din tal-aħħar u jiffattura l-VAT;

    il-fergħa tnaqqas il-VAT iffatturat fin-noti ta’ debitu;

    l-operazzjonijiet attivi tal-GIE jiġu kkostitwiti (permezz tas-subappalt), mill-operazzjonijiet attivi tal-fergħa u tal-impriża l-oħra membru fil-GIE, fejn dawn jiffatturaw lill-GIE id-dħul kollu li dan tal-aħħar jiffattura lil sid il-kostruzzjoni?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1)

    (2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, tal-15 ta’ Marzu 2011, li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2011, L 77, p. 1)


    Top