Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0506

    Kawża C-506/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Novembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Rimi ta’ skart f’landfills — Direttiva 1999/31/KE — Artikolu 14(b) u (c) — Awtorizzazzjoni għal operat — Għeluq ta’ siti mhux awtorizzati — Awtorizzazzjoni tax-xogħlijiet neċessarji abbażi tal-pjan ta’ organizzazzjoni tas-sit approvat — Iffissar ta’ perijodu tranżitorju għall-implimentazzjoni tal-pjan)

    ĠU C 35, 28.1.2019, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 35/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Novembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

    (Kawża C-506/17) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Rimi ta’ skart f’landfills - Direttiva 1999/31/KE - Artikolu 14(b) u (c) - Awtorizzazzjoni għal operat - Għeluq ta’ siti mhux awtorizzati - Awtorizzazzjoni tax-xogħlijiet neċessarji abbażi tal-pjan ta’ organizzazzjoni tas-sit approvat - Iffissar ta’ perijodu tranżitorju għall-implimentazzjoni tal-pjan))

    (2019/C 35/08)

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn E. Sanfrutos Cano u M. M. Žebre, sussegwentement minn E. Sanfrutos Cano, B. Rous Demiri u F. Thiran u, finalment, minn E. Sanfrutos Cano u B. Rous Demiri, F. Thiran u C. Hermes, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: J. Morela u N. Pintar Gosenca, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma ħaditx il-miżuri meħtieġa:

    sabiex jingħalqu, l-iktar tard fis-16 ta’ Lulju 2009, konformement mal-Artikolu 7(g) u mal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, il-landfills ta’ Dragonja, Dvori, Rakek-Pretržje, Bukovžlak-Cinkarna, Suhadole, Lokovica, Mislinjska Dobrava, Izola, Mozelj, Dolga Poljana, Dolga vas, Jelšane, Volče, Stara gora, Stara vas, Dogoše, Mala gora, Tuncovec-Steklarna, Tuncovec-OKP u Bočna-Podhom, li ma kisbux, konformement mal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, l-awtorizzazzjoni sabiex ikomplu jiffunzjonaw, u

    sabiex, l-iktar tard fis-16 ta’ Lulju 2009, il-landfill ta’ Ostri vrh titqiegħed f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/31, bl-eċċezzjoni ta’ dawk stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness I tagħha,

    ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont, rispettivament, l-Artikolu 14(b) u l-Artikolu 14(c) tad-Direttiva 1999/31.

    2)

    Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 357, 23.10.2017.


    Top