This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0262
Joined Cases C-262/17, C-263/17 and C-273/17: Judgment of the Court (First Chamber) of 28 November 2018 (requests for a preliminary ruling from the Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia — Italy) — Solvay Chimica Italia SpA and Others (C-262/17), Whirlpool Europe Srl and Others (C-263/17), Sol Gas Primari Srl (C-273/17) v Autorità per l’energia elettrica, il gas e il sistema idrico (Reference for a preliminary ruling — Internal market in electricity — Directive 2009/72/EC — Distribution systems — Article 28 — Closed distribution systems — Definition — Exemptions — Limits — Article 32(1) — Third-party access — Article 15(7) and Article 37(6)(b) — Dispatching charges)
Kawżi magħquda C-262/17, C-263/17 u C-273/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Novembru 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – Solvay Chimica Italia SpA et (C-262/17), Whirlpool Europe Srl et (C-263/17), Sol Gas Primari Srl (C-273/17) vs Autorità per l’energia elettrica, il gas e il sistema idrico (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Suq intern tal-elettriku — Direttiva 2009/72/KE — Sistemi ta’ distribuzzjoni — Artikolu 28 — Sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa — Kunċett — Eżenzjonijiet — Limiti — Artikolu 32(1) — Aċċess għal terzi — Artikolu 15(7) u Artikolu 37(6)(b) — Tariffi dovuti għal servizzi ta’ dispaċċ)
Kawżi magħquda C-262/17, C-263/17 u C-273/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Novembru 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – Solvay Chimica Italia SpA et (C-262/17), Whirlpool Europe Srl et (C-263/17), Sol Gas Primari Srl (C-273/17) vs Autorità per l’energia elettrica, il gas e il sistema idrico (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Suq intern tal-elettriku — Direttiva 2009/72/KE — Sistemi ta’ distribuzzjoni — Artikolu 28 — Sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa — Kunċett — Eżenzjonijiet — Limiti — Artikolu 32(1) — Aċċess għal terzi — Artikolu 15(7) u Artikolu 37(6)(b) — Tariffi dovuti għal servizzi ta’ dispaċċ)
ĠU C 35, 28.1.2019, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Novembru 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – Solvay Chimica Italia SpA et (C-262/17), Whirlpool Europe Srl et (C-263/17), Sol Gas Primari Srl (C-273/17) vs Autorità per l’energia elettrica, il gas e il sistema idrico
(Kawżi magħquda C-262/17, C-263/17 u C-273/17) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern tal-elettriku - Direttiva 2009/72/KE - Sistemi ta’ distribuzzjoni - Artikolu 28 - Sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa - Kunċett - Eżenzjonijiet - Limiti - Artikolu 32(1) - Aċċess għal terzi - Artikolu 15(7) u Artikolu 37(6)(b) - Tariffi dovuti għal servizzi ta’ dispaċċ))
(2019/C 35/04)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Solvay Chimica Italia SpA, Solvay Specialty Polymers Italy SpA, Solvay Chimica Bussi SpA, Ferrari f.lli Lunelli SpA, Fenice – Qualità Per L’ambiente SpA, Erg Power Srl, Erg Power Generation SpA, Eni SpA, Enipower SpA (C-262/17), Whirlpool Europe Srl, Fenice – Qualità Per L’ambiente SpA, FCA Italy SpA, FCA Group Purchasing Srl, FCA Melfi SpA, Barilla G. e R. Fratelli SpA, Versalis SpA (C-263/17), Sol Gas Primari Srl (C-273/17)
Konvenuta: Autorità per l'energia elettrica, il gas e il sistema idrico
fil-preżenza ta’: Nuova Solmine SpA, American Husky III, Inovyn Produzione Italia SpA, Sasol Italy SpA, Radici Chimica SpA, La Vecchia Soc. cons. arl, Zignago Power Srl, Santa Margherita e Kettmeir e Cantine Torresella SpA, Zignago Vetro SpA, Chemisol Italia Srl, Vinavil SpA, Italgen SpA, Arkema Srl, Yara Italia SpA, Ineos Manufacturing Italia SpA, ENEL Distribuzione SpA, Terna SpA, CSEA – Cassa per i servizi energetici e ambientali, Ministero dello Sviluppo economico (C-262/17), Terna SpA, CSEA – Cassa per i servizi energetici e ambientali, Ministero dello Sviluppo economico, ENEL Distribuzione SpA (C-263/17), Terna SpA, Ministero dello Sviluppo economico (C-273/17)
Dispożittiv
1) |
Il-punt 5 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li sistemi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, stabbiliti għall-finijiet ta’ awtokonsum qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u li huma operati minn entità privata, li magħhom ikunu marbuta numru limitat ta’ unitajiet ta’ produzzjoni u ta’ konsum, u li min-naħa tagħhom huma konnessi man-netwerk pubbliku, jikkostitwixxu sistemi ta’ distribuzzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva. |
2) |
L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2009/72 għandu jiġi interpretat fis-sens li sistemi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ġew ikklassifikati minn Stat Membru bħala sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa, fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, jistgħu, f’din il-kapaċità, jiġu biss eżentati mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu, bla ħsara għall-fatt li dawn is-sistemi jkunu, barra minn hekk, eliġibbli għal eżenzjonijiet oħra previsti minn din id-direttiva, b’mod partikolari, dik stabbilita fl-Artikolu 26(4) tagħha, jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fih, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Fi kwalunkwe każ, dan l-Istat Membru ma jistax jinkludi l-imsemmija sistemi f’kategorija separata ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni bil-għan li dawn jingħataw eżenzjonijiet mhux previsti mill-imsemmija direttiva. |
3) |
L-Artikolu 32(1) tad-Direttiva 2009/72 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li s-sistemi ta’ distribuzzjoni magħluqa, fis-sens tal-Artikolu 28(1) ta’ din id-direttiva, ma humiex suġġetti għall-obbligu ta’ aċċess għal terzi, iżda għandhom biss jipprovdu aċċess lil terzi li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ utenti li jistgħu jiġu konnessi ma’ dawn is-sistemi, li l-utenti tagħhom għandhom dritt ta’ aċċess għan-netwerk pubbliku. |
4) |
L-Artikolu 15(7) u l-Artikolu 37(6)(b) tad-Direttiva 2009/72 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-assenza ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva, dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li t-tariffi dovuti għas-servizz ta’ dispaċċ mill-utenti ta’ sistema ta’ distribuzzjoni magħluqa jiġu kkalkolati abbażi tal-elettriku skambjat ma’ din is-sistema minn kull utent tagħha permezz tal-punt ta’ konnessjoni tiegħu mal-imsemmija sistema, jekk jirriżulta, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, li l-utenti ta’ sistema ta’ distribuzzjoni magħluqa ma jkunux jinsabu fl-istess sitwazzjoni bħall-utenti l-oħra tan-netwerk pubbliku u li l-fornitur tas-servizz ta’ dispaċċ tan-netwerk pubbliku jsostni spejjeż limitati fir-rigward ta’ dawn l-utenti ta’ sistema ta’ distribuzzjoni magħluqa. |