This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0870
Case T-870/16: Action brought on 7 December 2016 — Miserini Johansson v EIB
Kawża T-870/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Miserini Johansson vs BEI
Kawża T-870/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Miserini Johansson vs BEI
ĠU C 86, 20.3.2017, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/28 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Miserini Johansson vs BEI
(Kawża T-870/16)
(2017/C 086/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Virna Miserini Johansson (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Senes, lawyer)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
Talbiet
Prinċipalment:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-BEI tal-25 ta’ Jannar 2016; |
— |
tikkundanna lill-BEI jikkumpensa d-drittijiet salarjali sħaħ tar-rikorrenti flimkien mad-drittijiet aċċessorji rilevanti, inklużi drittijiet sħaħ ta’ pensjoni u kontribuzzjonijiet għas-Sistema ta’ Pensjoni Addizzjonali Volontarja (SPAV); |
— |
tikkundanna lill-BEI jirrimborsa l-ammont korrispondenti għat-telf ta’ salarju (evalwat b’mod provviżorju għal EUR 24 000 sal-31 ta’ Diċembru 2016); |
— |
tikkundanna lill-BEI jikkalkola retroattivament id-drittijiet għal pensjoni kollha u l-kontribuzzjonijiet SPAV kollha tar-rikorrenti, b’effett mill-1 ta’ Frar 2016; |
— |
tikkundanna lill-BEI għad-danni fil-konfront tar-rikorrenti bħala kumpens għad-dannu morali li ġarrbet, evalwat b’mod provviżorju għal EUR 5 000; |
— |
tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż, inklużi l-onorarji u l-ispejjeż tal-esperti (jekk ikun il-każ). |
Sussidjarjament:
— |
tikkundanna lill-BEI jikkumpensa d-danni li r-rikorrenti ġarrbet minħabba t-telf tad-drittijiet salarjali sħaħ tagħha billi jħallasha somma ta’ danni korrispondenti evalwata b’mod provviżorju għal EUR 24 000 fil-31 ta’ Diċembru 2016; |
— |
taħtar espert sabiex jiddetermina l-ammont finali eżatt tas-somma msemmija fil-punt preċedenti, tad-drittijiet ta’ pensjoni u tal-kontribuzzjonijiet SPAV, b’effett mill-1 ta’ Frar 2016; |
— |
tikkundanna lill-BEI jirrimborsa l-ispejjeż mediċi u tal-psikoloġi marbuta ma’ problemi tas-saħħa li żviluppaw minħabba stress serju li ġarrbet ir-rikorrenti u li ma humiex irrimborsati mis-sistema ta’ assigurazzjoni tal-mard tal-BEI; |
— |
tikkundanna lill-BEI jikkumpensa d-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti, evalwat għal EUR 5 000, u jekk il-Qorti Ġenerali tqis li hu neċessarju, bl-għajnuna ta’ espert maħtur sabiex jiġi ddeterminat l-ammont eżatt tal-kumpens; |
— |
tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż, inklużi l-onorarji u l-ispejjeż tal-esperti (jekk ikun il-każ). |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur mill-BEI tad-drittijiet fundamentali tagħha hekk kif iggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali (b’mod partikolari, id-deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 1979, Hauer vs Rheinland-Pfalz, C-44/79, EU:C:1979:290).
Ir-rikorrenti targumenta li l-BEI kiser id-dmir ġenerali tiegħu ta’ premura fil-konfront tagħha fir-rigward tal-kundizzjoni medika tagħha u r-riskji li għalihom kienet esposta minħabba din il-kundizzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma ġietx informata korrettament dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fir-rigward tal-prova ta’ marda kkawżata mix-xogħol. Ir-rikorrenti ssostni, fi kwalunkwe każ, li l-marda li minna qed tbati ġiet iddikjarata li ġiet ikkawżata mix-xogħol permezz ta’ opinjoni medika u li hija pprovdiet lill-BEI id-dokumenti kollha rilevanti sabiex tkun tista’ ssir konstatazzjoni. Min-naħa tagħha ma hu nieqes ebda stadju proċedurali ulterjuri, u l-BEI għandu immedjatament jilqa’ t-talbiet tagħha.