This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TB0193
Case T-193/16: Order of the General Court of 28 February 2017 — NG v European Council (Action for annulment — EU-Turkey statement of 18 March 2016 — Press release — Concept of ‘international agreement’ — Identification of the author of the act — Scope of the act — Meeting of the European Council — Meeting of the Heads of State or Government of the Member States of the European Union held on the premises of the Council of the European Union — Capacity of the representatives of the Member States of the European Union during a meeting with the representative of a third country — First paragraph of Article 263 TFEU — Lack of jurisdiction)
Kawża T-193/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – NG vs Il-Kunsill Ewropew (“Rikors għal annullament — Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 — Stqarrija għall-istampa — Kunċett ta’ ‘ftehim internazzjonali’ — Identifikazzjoni tal-awtur tal-att — Portata tal-att — Sessjoni tal-Kunsill Ewropew — Laqgħa tal-kapijiet ta’ Stat jew ta’ gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li nżammet fil-bini tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — Kwalità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni waqt laqgħa mar-rappreżentant ta’ Stat terz — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Inkompetenza”)

ĠU C 121, 18.4.2017, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/31 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – NG vs Il-Kunsill Ewropew
(Kawża T-193/16) (1)
((“Rikors għal annullament - Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016 - Stqarrija għall-istampa - Kunċett ta’ ‘ftehim internazzjonali’ - Identifikazzjoni tal-awtur tal-att - Portata tal-att - Sessjoni tal-Kunsill Ewropew - Laqgħa tal-kapijiet ta’ Stat jew ta’ gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li nżammet fil-bini tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea - Kwalità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni waqt laqgħa mar-rappreżentant ta’ Stat terz - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Inkompetenza”))
(2017/C 121/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: NG (rappreżentanti: B. Burns, solicitor, P. O’Shea u I. Whelan, barristers)
Konvenut: Il-Kunsill Ewropew (rappreżentanti: K. Pleśniak, Á. de Elera-San Miguel Hurtado u S. Boelaert, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ ftehim li ġie allegatament konkluż bejn il-Kunsill Ewropew u r-Repubblika tat-Turkija fit-18 ta’ Marzu 2016 u intitolat “Dikjarazzjoni UE-Turkija, 18 ta’ Marzu 2016”.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud minħabba l-inkompetenza tal-Qorti Ġenerali biex tieħu konjizzjoni tiegħu. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa minn NQ, NR, NS, NT, NU u NV kif ukoll minn Amnesty International, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
NG u l-Kunsill Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
4) |
NQ, NR, NS, NT, NU u NV, Amnesty International, kif ukoll ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |