Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016FN0005

    Kawża F-5/16: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 145, 25.4.2016, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/37


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2016 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-5/16)

    (2016/C 145/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: O. Mader, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma terġax tikklassifika l-kuntratt tar-rikorrent bħala dak ta’ membru tal-persunal temporanju jew, alternattivament, kumpens għad-dannu materjali subit.

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ April 2015, dwar il-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tar-rikorrent u – fejn meħtieġ – id-deċiżjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2015 (R/513/15), li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

    alternattivament, tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu li huwa sofra minħabba ċ-ċaħda tat-talba tiegħu għal klassifikazzjoni mill-ġdid.

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top