Alegeți funcționalitățile experimentale pe care doriți să le testați

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 62016CN0654

    Kawża C-654/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Amber Capital Italia Sgr SpA, Amber Capital Uk Llp vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

    ĠU C 121, 18.4.2017, p. 9-9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 121/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2016 – Amber Capital Italia Sgr SpA, Amber Capital Uk Llp vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

    (Kawża C-654/16)

    (2017/C 121/13)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Amber Capital Italia Sgr SpA, Amber Capital Uk Llp

    Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

    Domanda preliminari

    L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, fuq offerti ta’ xiri (1), fid-dawl tal-prinċipji ġenerali previsti mill-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll tal-applikazzjoni korretta tal-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ proporzjonalità, ta’ raġonevolezza, ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 106(3)(d)(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998 (liġi kkonsolidata tad-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ intermedjazzjoni finanzjarja, fis-sens tal-Artikoli 8 u 21 tal-Liġi Nru 52 tas-6 ta’ Frar 1996), kif emendat, u bħall-Artikolu 47 octies tad-deċiżjoni tal-Commissione Nazionale per le Società e la Borsa – CONSOB Nru 11971 tal-14 ta’ Mejju 1999 (regolament ta’ applikazzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998, dwar ir-regolamentazzjoni tal-emittenti), kif emendata, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet, billi jippermettu lill-CONSOB iżżid il-prezz tal-offerta pubblika ta’ xiri, prevista fl-Artikolu 106 imsemmi hawn fuq meta tiġi kkonstatata l-kollużjoni bejn l-offerent jew il-persuni li jaġixxu bi ftehim miegħu u bejjiegħ wieħed jew iktar, jillimitaw ruħhom li jirreferu għall-kriterju tal-“prezz ikkonstatat” mingħajr ma jispeċifikaw il-parametri u l-kriterji ta’ din il-konstatazzjoni?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 20.


    Sus