EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0642

Kawża C-642/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Diċembru 2016 – Junek Europ-Vertrieb GmbH vs Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG

ĠU C 104, 3.4.2017, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Diċembru 2016 – Junek Europ-Vertrieb GmbH vs Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG

(Kawża C-642/16)

(2017/C 104/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Junek Europ-Vertrieb GmbH

Konvenuta: Lohmann & Rauscher International GmbH & Co. KG

Domanda preliminari

L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi l-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri ta’ apparat mediku importat minn Stat Membru ieħor fl-imballaġġ intern u estern oriġinali tiegħu, li fuqu l-importatur waħħal tikketta esterna supplimentari, sakemm

ma jiġix stabbilit li l-użu tad-dritt ta’ trade mark mill-proprjetarju ta’ din it-trade mark sabiex jopponi l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott bit-tikketta l-ġdida taħt din it-trade mark, jikkontribwixxi għat-tqassim artifiċjali tas-swieq bejn l-Istati Membri;

ma jintweriex li t-tikketta l-ġdida ma tistax taffettwa l-istat oriġinali tal-prodott li jinsab fl-imballaġġ;

ma jkunx indikat b’mod ċar fuq l-imballaġġ minn min twaħħlet it-tikketta l-ġdida fuq il-prodott u min huwa l-manifattur;

il-preżentazzjoni ta’ dan il-prodott bit-tikketta l-ġdida ma tkunx tali li tista’ tkun ta’ ħsara għar-reputazzjoni tat-trade mark u tal-proprjetarju tagħha; għalhekk, it-tikketta ma għandhiex tkun difettuża, ta’ kwalità ħażina jew mhux ordnat, u

l-importatur ma javżax lill-proprjetarju tat-trade mark qabel il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott bit-tikketta ġdida u fejn mitlub, jipprovdih b’kampjun ta’ dan il-prodott?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Top