Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0637

    Kawża C-637/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Florian Hanig vs Société Air France SA

    ĠU C 86, 20.3.2017, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 86/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Florian Hanig vs Société Air France SA

    (Kawża C-637/16)

    (2017/C 086/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Florian Hanig

    Konvenuta: Société Air France SA

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-terminu “intra-Komunitarji” ikopri wkoll “pajjizi u territorji extra-Ewropej” fis-sens tal-Anness II tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li fir-rigward tagħhom japplikaw biss l-arranġamenti speċjali għal assoċjazzjoni stabbiliti fir-Raba’ Parti tat-TFUE?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


    Top