EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0059

Kawża C-59/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – The Shirtmakers BV vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 32(1)(e)(i) — Valur għal skopijiet doganali — Valur ta’ tranżazzjoni — Determinazzjoni — Kunċett ta’ “spejjeż tat-trasport”)

ĠU C 239, 24.7.2017, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Mejju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – The Shirtmakers BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-59/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 32(1)(e)(i) - Valur għal skopijiet doganali - Valur ta’ tranżazzjoni - Determinazzjoni - Kunċett ta’ “spejjeż tat-trasport”))

(2017/C 239/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Shirtmakers BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

L-Artikolu 32(1)(e)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “spejjeż tat-trasport”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jinkludi l-ammont supplimentari ffatturat mill-aġent tat-trasport lill-importatur, li jikkorrispondi għall-marġni benefiċjarju u għall-ispejjeż ta’ dan l-aġent, fir-rigward tas-servizz tiegħu ta’ organizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija importata lejn it-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016.


Top