Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0021

    Kawża C-21/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tad-9 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário – (Centro de Arbitragem Administrativa) – il-Portugall) – Euro Tyre BV vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 131 u 138 — Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ kunsinna intra-Komunitarja — Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni fil-qasam tal-VAT (VIES) — Assenza ta’ iskrizzjoni tax-xerrej — Rifjut tal-benefiċċju tal-eżenzjoni — Ammissibbiltà)

    ĠU C 104, 3.4.2017, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 104/21


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tad-9 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário – (Centro de Arbitragem Administrativa) – il-Portugall) – Euro Tyre BV vs Autoridade Tributária e Aduaneira

    (Kawża C-21/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 131 u 138 - Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta’ kunsinna intra-Komunitarja - Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni fil-qasam tal-VAT (VIES) - Assenza ta’ iskrizzjoni tax-xerrej - Rifjut tal-benefiċċju tal-eżenzjoni - Ammissibbiltà))

    (2017/C 104/30)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Euro Tyre BV

    Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

    Dispożittiv

    L-Artikolu 131 u l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru milli tirrifjuta li teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud kunsinna intra-Komunitarja biss minħabba li, meta sseħħ din il-kunsinna, ix-xerrej, residenti fit-territorju tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni u detentur ta’ numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud validu għal tranżazzjonijiet f’dan l-Istat, la jkun iskritt fis-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u lanqas ma jkun suġġett għal sistema ta’ taxxa tal-akkwisti intra-Komunitarji, dejjem sakemm ma jkun hemm ebda indizju serju li jissuġġerixxi l-eżistenza ta’ frodi u sakemm ikun stabbilit li r-rekwiżiti sostantivi tal-eżenzjoni huma ssodisfatti. F’dan il-każ, l-Artikolu 138(1) ta’ din id-direttiva, interpretat fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jipprekludi wkoll tali rifjut meta l-bejjiegħ kien konxju miċ-ċirkustanzi li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni tax-xerrej fir-rigward tal-applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u kien konvint li, iktar ‘il quddiem, ix-xerrej ser ikun irreġistrat bħala operatur intra-Komunitarju b’effett retroattiv.


    (1)  ĠU C 118, 4.4.2016


    Top