Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0766

    Kawża T-766/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – Labeyrie vs EUIPO – Delpeyrat (Rappreżentazzjoni ta’ sensiela ta’ ħut aħmar fuq sfond ikħal) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrapreżenta sensiela ta’ ħut aħmar fuq sfond ikħal — Dikjarazzjoni ta’ revoka — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 15(1)(a) u l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Forma li hija differenti f’elementi li ma jibdlux il-karattru distintiv)

    ĠU C 121, 18.4.2017, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 121/28


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – Labeyrie vs EUIPO – Delpeyrat (Rappreżentazzjoni ta’ sensiela ta’ ħut aħmar fuq sfond ikħal)

    (Kawża T-766/15) (1)

    ((Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrapreżenta sensiela ta’ ħut aħmar fuq sfond ikħal - Dikjarazzjoni ta’ revoka - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1)(a) u l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti f’elementi li ma jibdlux il-karattru distintiv))

    (2017/C 121/40)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Labeyrie (Saint-Geours-de-Maremne, Franza) (rappreżentant: A. Lecomte, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Delpeyrat (Saint-Pierre-du-Mont, Franza) (rappreżentant: J. Ennochi, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2693/2014-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Delpeyrat u Labeyrie.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Labeyrie hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-EUIPO.

    3)

    Delpeyrat għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


    Top