Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0241

    Kawża C-241/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Niculaie Aurel Bob-Dogi

    ĠU C 245, 27.7.2015, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 245/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Niculaie Aurel Bob-Dogi

    (Kawża C-241/15)

    (2015/C 245/15)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Cluj

    Parti fil-kawża prinċipali

    Niculaie Aurel Bob-Dogi

    Domandi preliminari

    1)

    Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Qafas [2002/584/ĠAI] (1), l-espressjoni “eżistenza ta’ mandat ta’ arrest”, għandha tinftiehem bħala li tirreferi għal mandat ta’ arrest nazzjonali – intern – maħruġ konformement mad-dispożizzjonijiet proċedurali tal-Istat Membru emittenti, jiġifieri differenti mill-mandat ta’ arrest Ewropew?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-ineżistenza ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali – intern – tikkostitwixxi raġuni impliċita għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew?


    (1)  Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).


    Top