EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0198

Kawża C-198/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fid-29 ta’ April 2015 – Invamed Group Ltd, Invacare UK Ltd, Days Healthcare Ltd, Electric Mobility Euro Ltd, Medicare Technology Ltd, Sunrise Medical Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

ĠU C 228, 13.7.2015, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fid-29 ta’ April 2015 – Invamed Group Ltd, Invacare UK Ltd, Days Healthcare Ltd, Electric Mobility Euro Ltd, Medicare Technology Ltd, Sunrise Medical Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-198/15)

(2015/C 228/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Invamed Group Ltd, Invacare UK Ltd, Days Healthcare Ltd, Electric Mobility Euro Ltd, Medicare Technology Ltd, Sunrise Medical Ltd

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

Id-domandi magħmula jirrigwardaw l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 u l-intestatura 8713 li tinsab fih.

(1)

Il-kelmiet “għall-[…] persuni b’diżabilità” ifissru “biss” għal persuni b’diżabbiltà?

(2)

Liema huwa s-sens tal-kelmiet “persuni b’diżabilità”, b’mod partikolari:

a)

huma rriżervati għall-persuni li għandhom diżabbiltà flimkien ma’ limitazzjoni tal-kapaċità tagħhom li jimxu jew li jimxu mingħajr diffikultà, jew jinkludu persuni li l-kapaċità tagħhom li jimxu jew li jimxu mingħajr diffikultà biss hija limitata?

b)

il-kelmiet “persuni b’diżabilità” jimplikaw li l-limitazzjoni tal-kapaċità ma hijiex sempliċement marġinali?

c)

limitazzjoni temporanja ta’ kapaċità, li pereżempju tirriżulta minn sieq miksura, tista’ tikkostitwixxi diżabbiltà?

(3)

In-Noti ta’ spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-4 ta’ Jannar 2005 (2005/C1/03) (2), sa fejn jeskludu l-vetturi bil-mutur magħmmra b’lieva ta’ direzzjoni distinta u aġġustabbli (“scooters”), ibiddlu s-sens tal-intestatura 8713?

(4)

Il-possibbiltà li vettura tintuża minn persuna mingħajr diżabbiltà għandha impatt fuq il-klassifikazzjoni tariffarja, jekk jista’ jiġi kkonstatat li l-imsemmija vettura għandha karatteristiċi speċjali li jtaffu l-effetti ta’ diżabbiltà?

(5)

Jekk l-adegwatezza għal użu minn persuni mingħajr diżabbiltà tikkostitwixxi kunsiderazzjoni rilevanti, sa fejn l-inkonvenjenzi ta’ tali użu għandhom ukoll ikunu rilevanti sabiex tiġi ddeterminata din l-adegwatezza?


(1)  ĠU L 301, p. 1

(2)  Noti ta’ spjega għan-nomenklatura magħquda tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 137, p. 1.


Top