Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 62015CA0245

    Kawża C-245/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Balş – Judeţul Olt – ir-Rumanija) – SC Casa Noastră SA vs Ministerul Transporturilor – Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier ISCTR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bit-triq — Dispożizzjonijiet soċjali — Derogi — Regolament (KE) Nru 561/2006 — Artikolu 3(a) — Regolament (KE) Nru 1073/2009 — Il-punt 3 tal-Artikolu 2 — Servizzi regolari li jiżguraw it-trasport tal-passiġġieri — Kunċett — Trasport b’xejn organizzat minn operatur ekonomiku għall-impjegati tiegħu, lejn u mill-post tax-xogħol, f’vetturi li jappartjenu lilu u misjuqa minn wieħed mill-impjegati tiegħu)

    ĠU C 121, 18.4.2017, s. 2—2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 121/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Balş – Judeţul Olt – ir-Rumanija) – SC Casa Noastră SA vs Ministerul Transporturilor – Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier ISCTR

    (Kawża C-245/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bit-triq - Dispożizzjonijiet soċjali - Derogi - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Artikolu 3(a) - Regolament (KE) Nru 1073/2009 - Il-punt 3 tal-Artikolu 2 - Servizzi regolari li jiżguraw it-trasport tal-passiġġieri - Kunċett - Trasport b’xejn organizzat minn operatur ekonomiku għall-impjegati tiegħu, lejn u mill-post tax-xogħol, f’vetturi li jappartjenu lilu u misjuqa minn wieħed mill-impjegati tiegħu))

    (2017/C 121/02)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Judecătoria Balş – Judeţul Olt

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SC Casa Noastră SA

    Konvenut: Ministerul Transporturilor – Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier ISCTR

    Dispożittiv

    L-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, kif ukoll il-punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-servizz tat-trasport bejn id-dar u l-post tax-xogħol tal-ħaddiema, organizzat mill-persuna li timpjega lil dawn tal-aħħar u fejn ir-rotta koperta ma taqbiżx il-50 km, jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga, prevista fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006, skont liema dan ir-regolament ma japplikax għal tali servizz ta’ trasport.


    (1)  ĠU C 337, 12.10.2015.


    Nahoru