Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0537

    Kawża T-537/14: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Lulju 2014 – Laboratoire Nuxe vs UASI – NYX, Los Angeles (NYX)

    ĠU C 329, 22.9.2014, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/22


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2014 – Laboratoire Nuxe vs UASI – NYX, Los Angeles (NYX)

    (Kawża T-537/14)

    2014/C 329/30

    Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Laboratoire Nuxe (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Antoine-Lalance, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: NYX, Los Angeles Inc. (California, l-Istati Uniti)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-8 ta’ April 2014, fil-Każ R 1575/2013-5;

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: NYX, Los Angeles Inc.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “NYX”, għal prodotti fil-klassi 3 – reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea Nru 1 1 0 52  316

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali “NUXE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 44

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top