Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0523

    Kawża T-523/14: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Lulju 2014 – Squeeze Life vs UASI – Evolution Fresh (SQUEEZE LIFE)

    ĠU C 329, 22.9.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/21


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2014 – Squeeze Life vs UASI – Evolution Fresh (SQUEEZE LIFE)

    (Kawża T-523/14)

    2014/C 329/29

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Squeeze Life, SL (Alicante, Spanja) (rappreżentant: J. Devaureix, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Evolution Fresh, Inc. (San Bernardino, l-Istati Uniti)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla u tiddikjara mingħajr effett id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ April 2014, u bħala konsegwenza tiddikjara li:

    kienet Squeeze Life, S.L., u mhux l-applikanti Evolution Fresh, Inc., li ppreżentat appell quddiem il-Bord tal-Appell kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tal-20 ta’ Diċembru 2013, u

    bħala konsegwenza ta’ dan, tikkonstata li d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tal-20 ta’ Diċembru 2013 hija definittiva, u li għaldaqstant hija definittiva wkoll iċ-ċaħda tal-prodotti fil-klassi 32 u ta’ parti mis-servizzi fil-klassi 35 f’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 1 1 70  966“SQUEEZE LIFE”;

    tordna s-sospensjoni tal-proċedura ta’ konverżjoni Nru 8311048 li hija pendenti quddiem id-dipartiment responsabbli għar-reġistru tal-UASI sakemm is-sentenza eventwalment mogħtija f’din il-kawża ssir res judicata, u tittrażmetti l-informazzjoni meħtieġa lill-imsemmi dipartiment sabiex jipproċedi għas-sospensjoni tal-proċedura ta’ konverzjoni;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Evolution Fresh, Inc.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SQUEEZE LIFE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 35 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 1 70  966

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja u t-trade mark verbali nazzjonali “ZUMIT SQUEEZE LIFE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 31, 32 u 35

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ħadet nota tal-irtirar tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni u għalqet il-proċeduri ta’ appell u ta’ oppożizzjoni

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 207/2009;

    ksur tal-Artikoli 108 et seq tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top