Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0173

    Kawża T-173/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Ġunju 2014 – WeserWind vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris” )

    ĠU C 329, 22.9.2014, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/14


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2014 – WeserWind vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-173/14 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Promozzjoni nazzjonali tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris”))

    2014/C 329/18

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: WeserWind GmbH Offshore Construction Georgsmarienhütte (Bremerhaven, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Höfler, C. Kahle u V. Winkler, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-effetti legali tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-Liġi Ġermaniża dwar l-enerġija rinnovabbli.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014, WeserWind vs Il-Kummissjoni (T-173/14 R) hija annullata.

    3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top