Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0158

Kawża magħquda T-158/14, T-161/14 u T-163/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – JingAo Solar et vs Il-Kunsill [“Sussidji — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina — Dazju kumpensatorju definittiv — Impenji — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Portata tal-investigazzjoni — Teħid ta’ kampjuni — Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat”]

ĠU C 121, 18.4.2017, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – JingAo Solar et vs Il-Kunsill

(Kawża magħquda T-158/14, T-161/14 u T-163/14) (1)

([“Sussidji - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina - Dazju kumpensatorju definittiv - Impenji - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Portata tal-investigazzjoni - Teħid ta’ kampjuni - Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat”])

(2017/C 121/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JingAo Solar Co. Ltd (Ningjin, iċ-Ċina) u l-5 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment A. Willems, S. De Knop u J. Charles, sussegwentement A. Willems u S. De Knop, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Eweropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Stobiecka Kuik, sussegwentement J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Demeneix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 66), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JingAo Solar Co. Ltd u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


Top