Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0157

Kawża T-157/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – JingAo Solar et vs Il-Kunsill [“Dumping — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Impenji — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Pajjiż esportatur — Portata tal-investigazzjoni — Teħid ta’ kampjuni — Valur normali — Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat — Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar talba għall-għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda — Dannu — Rabta kawżali”]

ĠU C 121, 18.4.2017, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2017 – JingAo Solar et vs Il-Kunsill

(Kawża T-157/14) (1)

([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Impenji - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Pajjiż esportatur - Portata tal-investigazzjoni - Teħid ta’ kampjuni - Valur normali - Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar talba għall-għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Applikazzjoni ratione temporis ta’ dispożizzjonijiet ġodda - Dannu - Rabta kawżali”])

(2017/C 121/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JingAo Solar Co. Ltd (Ningjin, iċ-Ċina) u l-5 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: inizjalment A. Willems, S. De Knop u J. Charles, sussegwentement A. Willems u S. De Knop, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Eweropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Stobiecka Kuik, sussegwentement J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Demeneix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 1), sa fejn dan japplika għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JingAo Solar Co. Ltd u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


Top