EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0014

Kawżi magħquda T-14/14 u T-87/14 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Bażi legali — Użu ħażin ta’ poter — Drittijiet tad-difiża — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali — Ne bis in idem — Awtorità ta’ res judicata — Proporzjonalità — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet fundamentali”)

ĠU C 104, 3.4.2017, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-14/14 u T-87/14 P) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Bażi legali - Użu ħażin ta’ poter - Drittijiet tad-difiża - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Ne bis in idem - Awtorità ta’ res judicata - Proporzjonalità - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet fundamentali”))

(2017/C 104/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Islamic Republic of Iran Shipping Lines (Teheran, l-Iran) u għaxar partijiet oħra (rappreżentanti: F. Randolph, QC, P. Pantelis, solicitor, M. Lester, barrister u M. Taher, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u V. Piessevaux, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut fil-Kawża T-87/17: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Fil-Kawża T-14/14, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 272, p. 46), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 971/2013, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 272, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, fil-Kawża T-87/14, minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 277 TFUE u intiża sabiex tiġi ddikjarata l-inapplikabbiltà tad-Deċiżjoni 2013/497 u tar-Regolament Nru 971/2013 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/685/PESK, tas-26 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 316, p. 46), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1203/2013, tas-26 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 316, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Islamic Republic of Iran Shipping Lines u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness għandhom, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, ibatu wkoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.


Top