EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0355

Kawża C-355/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad – Pleven (il-Bulgarija) fil- 21 ta’ Lulju 2014 – Polihim-SS EOOD vs Nachalnik na Mitnitsa – Svishtov

ĠU C 329, 22.9.2014, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad – Pleven (il-Bulgarija) fil-21 ta’ Lulju 2014 – Polihim-SS EOOD vs Nachalnik na Mitnitsa – Svishtov

(Kawża C-355/14)

2014/C 329/08

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Аdministrativen sad – Pleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Polihim-SS EOOD

Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa – Svishtov

Domandi preliminari

1.

Il-kunċett ta’ “konsum ta’ prodotti tal-enerġija”, użat fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (1), tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti tal-enerġija huma kkunsmati mix-xerrej dirett tagħhom li ma jagħmel ebda użu effettiv minnhom f’proċess partikolari jew fis-sens li l-prodotti tal-enerġija huma kkunsmati mit-terzi li jagħmel użu effettiv minnhom f’proċess li huwa jimplementa, meta l-prodotti tal-enerġija inkwistjoni jkunu ġew irrilaxxati għall-konsum u maħruġa mill-maħżen tat-taxxa ta’ magazzinier awtorizzat, mibjugħa, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni kummerċjali, lil xejjer li la għandu liċenzja għall-produzzjoni tal-elettriku u lanqas ċertifikat ta’ konsumatur finali eżenti mis-sisa, u mibjugħa mill-ġdid minn dan ix-xerrej lil terzi li għandu liċenzja għall-produzzjoni tal-elettriku, awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru sabiex jiġu kkunsinnati lilu prodotti tal-enerġija eżenti mis-sisa, kif ukoll ċertifikat ta’ konsumatur finali eżentat mis-sisa, u li l-magazzinier awtorizzat ikun ikkunsinnalu direttament l-imsemmija prodotti tal-enerġija, mingħajr ma dawn il-prodotti jkunu ġew ittrasferiti taħt il-kontroll reali tax-xerrej?

2.

L-espressjoni “użati biex jipproduċu elettriku” użata fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (3), tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-prodotti tal-enerġija huma użati mix-xerrej dirett tagħhom, li ma jagħmel ebda użu effettiv minnhom f’proċess partikolari bl-għan li jilħaq objettiv eżenti mis-sisa, jew fis-sens li dawn il-prodotti tal-enerġija jintużaw minn terzi li jagħmel użu effettiv minnhom f’proċess li huwa jimplementa, il-kombustjoni, pereżempju għall-produzzjoni tal-elettriku, sabiex jilħaq l-objettiv eżenti mis-sisa, meta l-prodotti tal-enerġija inkwistjoni jkunu ġew irrilaxxati għall-konsum u maħruġa mill-maħżen tat-taxxa ta’ magazzinier awtorizzat, mibjugħa, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni kummerċjali, lil xejjer li la għandu liċenzja għall-produzzjoni tal-elettriku u lanqas ċertifikat ta’ konsumatur finali eżenti mis-sisa, u mibjugħa mill-ġdid minn dan ix-xerrej lil terzi li għandu liċenzja għall-produzzjoni tal-elettriku, awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru sabiex jiġu kkunsinnati lilu prodotti tal-enerġija eżenti mis-sisa, kif ukoll ċertifikat ta’ konsumatur finali eżenti mis-sisa, u li l-magazzinier awtorizzat ikun ikkunsinnalu direttament l-imsemmija prodotti tal-enerġija, mingħajr ma dawn il-prodotti jkunu ġew ittrasferiti taħt il-kontroll reali tax-xerrej?

3.

Fid-dawl tal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sisa u b’mod partikolari tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2008/118/KE, u tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96/KE, prodotti tal-enerġija huma suġġetti għas-sisa, u jekk dan huwa l-każ, skont liema rata, dik tal-karburanti jew dik tal-prodotti tal-enerġija kombustibbli, meta jiġi stabbilit li dawn il-prodotti ġew ikkunsinnati lil konsumatur finali li għandu l-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet għall-produzzjoni tal-elettriku previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll ċertifikat ta’ konsumatur finali eżenti mis-sisa, u li l-magazzinier awtorizzat ikun ikkunsinnalu direttament il-merkanzija, iżda li tagħha huwa ma jkunx ix-xerrej oriġinali?

4.

Fid-dawl tal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sisa u b’mod partikolari tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2008/118/KE, u tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96/KE, prodotti tal-enerġija jistgħu jiġu suġġetti għas-sisa, u dan skont ir-rata applikabbli għall-karburanti, meta jiġi stabbilit li dawn ġew ikkunsmati u użati bl-għan ta’ objettiv eżenti mis-sisa, jiġifieri l-produzzjoni tal-elettriku, minn persuna li għandha l-liċenzji u awtorizzazzjonijiet għal dan il-għan previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li l-magazzinier awtorizzat ikun ikkunsinnalha direttament il-merkanzija, iżda li tagħha huwa ma jkunx ix-xerrej oriġinali?


(1)  ĠU L 9, p. 12.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179).

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.


Top