Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0305

    Kawża C-305/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Satu Mare (ir-Rumanija) fil- 25 ta’ Ġunju 2014 – Sergiu Lucian Băbășan vs Inspectoratul Județean de Poliție Satu Mare

    ĠU C 329, 22.9.2014, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/2


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Satu Mare (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Sergiu Lucian Băbășan vs Inspectoratul Județean de Poliție Satu Mare

    (Kawża C-305/14)

    2014/C 329/02

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Tribunalul Satu Mare

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Sergiu Lucian Băbășan

    Konvenut: Inspectoratul Județean de Poliție Satu Mare

    Domandi preliminari

    1)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikoli 11(1) u 12(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, japplikaw direttament fit-territorju tar-Rumanija f’dak li jirrigwarda ċ-ċittadini tal-Unjoni jew le?

    2)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikoli 11(1) u 12(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu obbligati jikkonformaw ruħhom ma’ dispożizzjonijiet legali tad-dritt intern tal-Istati Membri bħar-regoli imperattivi tal-Liġi Rumena Nru 60/1991, jiġifieri l-Artikolu 12(1), flimkien mas-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 26(1)(a) ta’ din il-liġi, dwar l-organizzazzjoni u ż-żamma ta’ ġemgħat pubbliċi?


    Top