This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CA0573
Case C-573/14: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 31 January 2017 (request for a preliminary ruling from the Conseil d’État — Belgium) — Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides v Mostafa Lounani (Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Asylum — Directive 2004/83/EC — Minimum standards for the qualification and status of third country nationals or stateless persons as refugees — Article 12(2)(c) and Article 12(3) — Exclusion from being a refugee — Concept of ‘acts contrary to the purposes and principles of the United Nations’ — Scope — Member of the leadership of a terrorist organisation — Criminal conviction of participation in the activities of a terrorist group — Individual assessment)
Kawża C-573/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Il-Belġju) – Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides vs Mostafa Lounani (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Ażil — Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi tal-kundizzjonijiet li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew li persuni mingħajr stat għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jitolbu l-istatus ta’ refuġjat — Artikolu 12(2)(ċ) u 12(3) — Esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat — Kunċett ta’ “atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti” — Portata — Membru mexxej ta’ organizzazzjoni terroristika — Kundanna kriminali għal parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ grupp terroristiku — Eżami individwali)
Kawża C-573/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Il-Belġju) – Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides vs Mostafa Lounani (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Ażil — Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi tal-kundizzjonijiet li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew li persuni mingħajr stat għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jitolbu l-istatus ta’ refuġjat — Artikolu 12(2)(ċ) u 12(3) — Esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat — Kunċett ta’ “atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti” — Portata — Membru mexxej ta’ organizzazzjoni terroristika — Kundanna kriminali għal parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ grupp terroristiku — Eżami individwali)
ĠU C 104, 3.4.2017, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Il-Belġju) – Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides vs Mostafa Lounani
(Kawża C-573/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ażil - Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi tal-kundizzjonijiet li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew li persuni mingħajr stat għandhom jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jitolbu l-istatus ta’ refuġjat - Artikolu 12(2)(ċ) u 12(3) - Esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat - Kunċett ta’ “atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti” - Portata - Membru mexxej ta’ organizzazzjoni terroristika - Kundanna kriminali għal parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ grupp terroristiku - Eżami individwali))
(2017/C 104/18)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides
Konvenut: Mostafa Lounani
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 12(2)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li sabiex tinżamm l-eżistenza tal-kawża ta’ esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat li jinsab fiha, ma huwiex neċessarju li l-applikant għall-protezzjoni internazzjonali jkun ġie kkundannat għal wieħed mir-reati terroristiċi previsti fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/475/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu. |
2) |
L-Artikolu 12(2)(ċ) u l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2004/83 għandhom jiġu interpretati fis-sens li atti ta’ parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta’ grupp terroristiku, bħal dawk li għalihom ġie kkundannat il-konvenut fil-kawża prinċipali, jistgħu jiġġustifikaw l-esklużjoni minn status ta’ refuġjat, anki jekk ma jiġix stabbilit li l-persuna kkonċernata la wettqet, lanqas għamlet tentattiv jew heddet li twettaq att ta’ terroriżmu kif speċifikat fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Għall-finijiet ta’ evalwazzjoni individwali tal-fatti li jippermettu li jiġi evalwat jekk jeżistux raġunijiet serji li wieħed jemmen li persuna tinsab ħatja ta’ atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti, li kienet instigatur ta’ tali atti jew li pparteċipat fihom bi kwalunkwe mod ieħor, iċ-ċirkustanza li din il-persuna ġiet ikkundannata, mill-qrati ta’ Stat Membru, bħala kap tal-parteċipazzjoni f’attivitajiet ta’ grupp terroristiku huwa ta’ importanza partikolari, kif ukoll il-konstatazzjoni li l-imsemmija persuna kienet membru mexxej ta’ dan il-grupp, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi stabbilit li din l-istess persuna hija stess kienet l-instigatur ta’ att ta’ terroriżmu jew li hija pparteċipat fih bi kwalunkwe mod ieħor. |