Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0490

    Kawża C-490/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Freistaat Bayern vs Verlag Esterbauer GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni ġuridika tad-databases — Direttiva 96/9/KE — Artikolu 1(2) — Kamp ta’ applikazzjoni — Databases — Mapep topografiċi — Indipendenza tal-materjali li jikkostitwixxu database — Possibbiltà li jiġu sseparati l-imsemmija materjali mingħajr ma jiġi affettwat il-valur tal-kontenut informattiv tagħhom — Teħid inkunsiderazzjoni tal-iskop ta’ mappa topografika għall-utent)

    ĠU C 429, 21.12.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 429/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Freistaat Bayern vs Verlag Esterbauer GmbH

    (Kawża C-490/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ġuridika tad-databases - Direttiva 96/9/KE - Artikolu 1(2) - Kamp ta’ applikazzjoni - Databases - Mapep topografiċi - Indipendenza tal-materjali li jikkostitwixxu database - Possibbiltà li jiġu sseparati l-imsemmija materjali mingħajr ma jiġi affettwat il-valur tal-kontenut informattiv tagħhom - Teħid inkunsiderazzjoni tal-iskop ta’ mappa topografika għall-utent))

    (2015/C 429/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Freistaat Bayern

    Konvenuta: Verlag Esterbauer GmbH

    Dispożittiv

    L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data ġeografika estratta minn terz minn mappa topografika għall-finijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni minn terz ta’ mappa oħra żżomm, wara l-estrazzjoni tagħha, valur informattiv suffiċjenti sabiex tiġi kklassifikata bħala “materjal indipendenti” ta’ “database” fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 34, 2.2.2015.


    Top