Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.
Dokument 62014CA0429
Case C-429/14: Judgment of the Court (Third Chamber) of 17 February 2016 (request for a preliminary ruling from the Lietuvos Aukščiausiasis Teismas — Lithuania) — Air Baltic Corporation AS v Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba (Reference for a preliminary ruling — Air transport — Montreal Convention — Articles 19, 22 and 29 — Liability of air carrier in the event of delay in the international carriage of passengers — Contract of carriage concluded by the passengers’ employer — Damage caused by delay — Damage suffered by the employer)
Kawża C-429/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Air Baltic Corporation AS vs Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Konvenzjoni ta’ Montreal — Artikoli 19, 22 u 29 — Responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru fil-każ ta’ dewmien fit-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri — Kuntratt ta’ trasport konkluż mill-persuna li timpjega lill-passiġġieri — Dannu li jirriżulta minn dewmien — Dannu sostnut mill-persuna li timpjega

ĠU C 145, 25.4.2016, str. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Air Baltic Corporation AS vs Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba
(Kawża C-429/14) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Konvenzjoni ta’ Montreal - Artikoli 19, 22 u 29 - Responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru fil-każ ta’ dewmien fit-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri - Kuntratt ta’ trasport konkluż mill-persuna li timpjega lill-passiġġieri - Dannu li jirriżulta minn dewmien - Dannu sostnut mill-persuna li timpjega)
(2016/C 145/09)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos Aukščiausiasis Teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Air Baltic Corporation AS
Konvenuta: Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba
Dispożittiv
Il-Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-5 ta’ April 2001l, u partikolarment l-Artikoli 19, 22 u 29 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li trasportatur bl-ajru li jkun ikkonkluda kuntratt ta’ trasport internazzjonali ma’ persuna li timpjega persuni ttrasportati bħala passiġġieri, bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa responsabbli, fir-rigward ta’ din il-persuna li timpjega, għad-danni li jirriżultaw mid-dewmien tat-titjiriet użati mill-impjegati ta’ din tal-aħħar skont dan il-kuntratt u li huma marbuta mal-ispejjeż addizzjonali sostnuti minn din il-persuna li timpjega