Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0292

    Kawża C-292/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – Il-Greċja) – Elliniko Dimosio vs Stefanos Stroumpoulis et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 80/987/KEE — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegahom — Kamp ta’ applikazzjoni — Krediti salarjali mhux imħallsa tal-baħħara li jaħdmu fuq bastiment li jtajjru bandiera ta’ Stat terz — Persuna li timpjega li għandha s-sede tal-kumpannija tagħha f’dan l-Istat terz — Kuntratt ta’ xogħol suġġett għad-dritt ta’ dan l-istess Stat terz — Falliment tal-persuna li timpjega ddikjarat fi Stat Membru li fih hija għandha s-sede effettiva tagħha — Artikolu 1(2) — Punt II, A tal-Anness — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi garanzija tal-krediti salarjali mhux imħallsa tal-baħħara applikabbli biss fil-każ ta’ abbandun tagħhom barra mill-pajjiż — Livell ta’ protezzjoni mhux ekwivalenti għal dak previst mid-Direttiva 80/987)

    ĠU C 145, 25.4.2016, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 145/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – Il-Greċja) – Elliniko Dimosio vs Stefanos Stroumpoulis et

    (Kawża C-292/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 80/987/KEE - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegahom - Kamp ta’ applikazzjoni - Krediti salarjali mhux imħallsa tal-baħħara li jaħdmu fuq bastiment li jtajjru bandiera ta’ Stat terz - Persuna li timpjega li għandha s-sede tal-kumpannija tagħha f’dan l-Istat terz - Kuntratt ta’ xogħol suġġett għad-dritt ta’ dan l-istess Stat terz - Falliment tal-persuna li timpjega ddikjarat fi Stat Membru li fih hija għandha s-sede effettiva tagħha - Artikolu 1(2) - Punt II, A tal-Anness - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi garanzija tal-krediti salarjali mhux imħallsa tal-baħħara applikabbli biss fil-każ ta’ abbandun tagħhom barra mill-pajjiż - Livell ta’ protezzjoni mhux ekwivalenti għal dak previst mid-Direttiva 80/987))

    (2016/C 145/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Symvoulio tis Epikrateias

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Elliniko Dimosio

    Konvenuti: Stefanos Stroumpoulis, Nikolaos Koumpanos, Panagiotis Renieris, Charalampos Renieris, Ioannis Zacharias, Dimitrios Lazarou, Apostolos Chatzisotiriou

    Dispożittiv

    1)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 80/987, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li, suġġett għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, baħħara residenti fi Stat Membru u li ġew impjegati f’dan l-Istat minn kumpannija li għandha s-sede rreġistrata tagħha fi Stat terz, iżda li s-sede effettiva tagħha tinsab fl-imsemmi Stat Membru, sabiex jaħdmu bħala impjegati fuq cruise liner ta’ proprjetà ta’ din il-kumpannija u li jtajjar il-bandiera tal-imsemmi Stat terz, skont kuntratt tax-xogħol li jindika bħala d-dritt applikabbli d-dritt ta’ dan l-istess Stat terz, għandhom, wara li l-imsemmija kumpannija tkun ġiet iddikjarata falluta minn qorti tal-Istat Membru kkonċernat skont id-dritt ta’ dan tal-aħħar, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni pprovduta mill-imsemmija direttiva fir-rigward tal-krediti salarjali mhux imħallsa li huma għandhom fir-rigward ta’ din l-istess kumpannija.

    2)

    L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 80/987 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward ta’ ħaddiema li jinsabu f’sitwazzjoni bħal dik tal-konvenuti fil-kawża prinċipali, protezzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 29 tal-Liġi 1220/1981 li tikkompleta u temenda l-leġiżlazzjoni relatata mal-korp ta’ amministrazzjoni tal-port ta’ Pireos, fil-każ ta’ abbandun ta’ baħħara barra mill-pajjiż, ma tikkostitwixxix “protezzjoni li ssarraf daqs dik li toħroġ minn din id-Direttiva”.


    (1)  ĠU C 282, 25.8.2014


    Top