EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0448

Kawża T-448/13: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Awissu 2013 — Bora Creations vs UASI — Beauté Prestige International (essenza)

ĠU C 304, 19.10.2013, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/22


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awissu 2013 — Bora Creations vs UASI — Beauté Prestige International (essenza)

(Kawża T-448/13)

2013/C 304/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bora Creations, SL (Ceuta, Spanja) (rappreżentanti: R. Lange, G. Hild u C. Pape, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beauté Prestige International SA (Pariġi, Franza)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Ġunju 2013 mogħtija fil-Każ R 1085/2012-5;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “essence” għal prodotti fil-klassijiet 3, 4, 8, 14, 16, 21, 25 u 26 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 816 144

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 52(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (iktar il quddiem ir-“RTMK”) (1), sa fejn it-trade mark Komunitarja kienet irreġistrata bi ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-RTMK

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark Komunitarja ddikjarata parzjalment invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-RTMK


(1)  ĠU L 78, p. 1


Top