Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0062

    Kawża T-62/13: Rikors ippreżentat fis- 6 ta Frar 2013 — GOLAM vs UASI — Glaxo Group (METABIOMAX)

    ĠU C 86, 23.3.2013, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 86/27


    Rikors ippreżentat fis-6 ta Frar 2013 — GOLAM vs UASI — Glaxo Group (METABIOMAX)

    (Kawża T-62/13)

    2013/C 86/45

    Lingwa tar-rikors: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Sofia Golam (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Trovas, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Glaxo Group Ltd (Greenford, ir-Renju Unit)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tilqa’ dan ir-rikors għall-finijiet tal-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Ottubru 2012, fil-Każ R 2089/2011-2;

    tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell u tilqa’ t-talba tar-rikorrenti kollha kemm hi;

    tordna lill-parti l-oħra tħallas lir-rikorrenti għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “METABIOMAX”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 30 — Trade mark Komunitarja Nru 8885261

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “BIOMAX” irreġistrata bin-Nru 2661858, għal prodotti fil-kalssijiet 5, 30 u 32

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parzjali tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


    Top