Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0416

    Kawża T-416/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Ġunju 2014 – Stanleybet Malta u Stanley International Betting vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Kompetizzjoni — Operat ta’ apparat vidjo ta’ lotterija — Għoti ta’ liċenzja esklużiva mill-Greċja — Deċiżjoni li tiċħad ilment — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 329, 22.9.2014, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/13


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2014 – Stanleybet Malta u Stanley International Betting vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-416/13) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Operat ta’ apparat vidjo ta’ lotterija - Għoti ta’ liċenzja esklużiva mill-Greċja - Deċiżjoni li tiċħad ilment - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

    2014/C 329/16

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Stanleybet Malta Ltd (Valletta, Malta); u Stanley International Betting Ltd (Liverpool, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. A. Jacchia, I. Picciano, A. Terranova, F. Ferraro, G. Dellis, P. Kakouris u I. Koimitzoglou, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u R. Striani, aġenti, sussegwentement F. Ronkes Agerbeek)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2013 li permezz tagħha l-Kummissjoni kkomunikat lir-rikorrenti d-deċiżjoni tagħha li tiċħad l-ilment tagħhom u li tagħlaq il-fajl dwar il-każ COMP/39.981, Stanleybet Group 2/OPAP.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Ellenika u mill-Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP).

    3)

    Stanleybet Malta Ltd u Stanley International Betting Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


    Top