EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0276

Kawża T-276/13 RENV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2019 – Growth Energy u Renewable Fuels Association vs Il-Kunsill (“Dumping – Importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti – Dazju antidumping definittiv – Tħassir tal-att ikkontestat – Għajbien tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 19, 20.1.2020, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2019 – Growth Energy u Renewable Fuels Association vs Il-Kunsill

(Kawża T-276/13 RENV) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti - Dazju antidumping definittiv - Tħassir tal-att ikkontestat - Għajbien tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 19/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Growth Energy (Washington, DC, l-Istati Uniti) u Renewable Fuels Association (Washington) (rappreżentanti: P. Vander Schueren u M. Peristeraki, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit minn N. Tuominen, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u M. França, aġenti), ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol (rappreżentanti: O. Prost u A. Massot, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU 2013 L 49, p. 10), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti u lill-membri tagħhom.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Growth Energy, Renewable Fuels Association, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea u ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 226, 3.8.2013..


Top