EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0364

Kawża T-364/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Mocek u Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna vs UASI – Lacoste (KAJMAN) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KAJMAN — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta kukkudrill — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Talbiet għal annullament u għal bidla magħmula mill-intervenjent — Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991”]

ĠU C 389, 23.11.2015, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Mocek u Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna vs UASI – Lacoste (KAJMAN)

(Kawża T-364/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KAJMAN - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta kukkudrill - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talbiet għal annullament u għal bidla magħmula mill-intervenjent - Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991”])

(2015/C 389/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eugenia Mocek u Jadwiga Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna (Chojnice, il-Polonja) (rappreżentanti: K. Grala u B. Szczepaniak, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment P. Geroulakos, sussegwentement D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lacoste SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: P. Gaultier, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Mejju 2013 (Każ R 2466/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Lacoste SA u, min-naħa l-oħra, Eugenia Mocek u Jadwiga Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talbiet għal annullament u għal bidla ppreżentati minn Lacoste SA huma miċħuda.

3)

Eugenia Mocek u Jadwiga Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna għandhom ibatu l-ispejjeż kollha relatati mar-rikors kif ukoll l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal annullament u għal bidla ta’ Lacoste SA.

4)

Lacoste SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talbiet tagħha għal annullament u għal bidla.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013.


Top