Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0194

    Kawża T-194/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – United Parcel Service vs Il-Kummissjoni [“Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Regolament (KE) Nru 139/2004 — Servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE — Akkwist ta’ TNT Espressa minn UPS — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern — Effetti probabbli fuq il-prezz — Analiżi ekonometriku — Drittijiet tad-difiża”]

    ĠU C 121, 18.4.2017, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 121/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – United Parcel Service vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-194/13) (1)

    ([“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Regolament (KE) Nru 139/2004 - Servizzi internazzjonali ta’ distribuzzjoni espressa ta’ pakketti żgħar fiż-ŻEE - Akkwist ta’ TNT Espressa minn UPS - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern - Effetti probabbli fuq il-prezz - Analiżi ekonometriku - Drittijiet tad-difiża”])

    (2017/C 121/28)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: United Parcel Service, Inc. (Atlanta, Géorgie, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment A. Ryan, B. Graham, solicitors, W. Knibbeler u P. Stamou, avukati, sussegwentement minn A. Ryan, W. Knibbeler, P. Stamou, A. Pliego Selie, F. Hoseinian u P. van den Berg, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Christoforou, N. Khan, A. Biolan, N. von Lingen u H. Leupold, sussegwentement minn T. Christoforou, N. Khan, A. Biolan u H. Leupold, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: FedEx Corp. (Memphis, Tennessee, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment F. Carlin, barrister, G. Bushell, solicitor, u Q. Azau, avukat, sussegwentement F. Carlin, G. Bushell u N. Niejahr, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 431, tat-30 ta’ Jannar 2013, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6570 – UPS/TNT Express).

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 431, tat-30 ta’ Jannar 2013, li tiddikajara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/M.6570 – UPS/TNT Espressa), hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta’ United Parcel Servizz, Inc.

    3)

    FedEx Corp. għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


    (1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


    Top