EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0019

Kawża C-19/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil- 15 ta’ Jannar 2013 — Ministero dell’Interno vs Fastweb SpA

ĠU C 86, 23.3.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-15 ta’ Jannar 2013 — Ministero dell’Interno vs Fastweb SpA

(Kawża C-19/13)

2013/C 86/18

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministero dell’Interno

Konvenuta: Fastweb SpA

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 2d(4) tad-Direttiva 2007/66 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta awtorità kontraenti — qabel ma tagħti l-kuntratt direttament lil operatur ekonomiku partikolari, magħżul mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt — tkun ippubblikat l-avviż minħabba trasparenza ex ante volontaire fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tkun stenniet tal-inqas għaxart’ijiem għall-konklużjoni tal-kuntratt, il-qorti nazzjonali hija awtomatikament ipprojbita — dejjem u fi kwalunkwe ipoteżi — milli tiddeċiedi li l-kuntratt ma għandux effett, anki jekk hija tikkonstata l-ksur ta’ regoli li jippermettu, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-għoti tal-kuntratt mingħajr ma ssir il-proċedura ta’ sejħa għal offerti?

(2)

Fil-każ li l-Artikolu 2d(4) tad-Direttiva 2007/66 jiġi interpretat bħala li jeskludi kull possibbiltà li tiġi deċiża l-ineffettività tal-kuntratt skont id-dritt nazzjonali (Artikolu 122 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva), minkejja l-fatt li l-qorti kkonstatat ksur tar-regoli li jippermettu, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-għoti ta’ kuntratt mingħajr ma ssir il-proċedura ta’ sejħa għal offerti, l-imsemmi Artikolu 2d(4) tad-Direttiva 2007/66 huwa konformi mal-prinċipji ta’ ugwaljanza bejn il-partijiet, ta’ nondiskriminazzjoni u tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u jiżgura d-dritt għal rimedju effettiv fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


(1)  Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU L 335, p. 31)


Top