Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0201

    Kawża C-201/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Johan Deckmyn, Vrijheidsfonds VZW vs Helena Vandersteen et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2001/29/KE – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Dritt ta’ riproduzzjoni – Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet – Kunċett ta’ ‘parodija’ – Kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni)

    ĠU C 16, 19.1.2015, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 16/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – il-Belġju) – Johan Deckmyn, Vrijheidsfonds VZW vs Helena Vandersteen et

    (Kawża C-201/13) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/29/KE - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Dritt ta’ riproduzzjoni - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Kunċett ta’ ‘parodija’ - Kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni)

    (2015/C 016/04)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van beroep te Brussel

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Johan Deckmyn, Vrijheidsfonds VZW

    Konvenuti: Helena Vandersteen, Christiane Vandersteen, Liliana Vandersteen, Isabelle Vandersteen, Rita Dupont, Amoras II CVOH, WPG Uitgevers België

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 5(3)(k) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “parodija” li jinsab f’din id-dispożizzjoni jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni.

    2)

    L-Artikolu 5(3)(k) tad-Direttiva 2001/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-parodija għandha bħala karatteristiċi essenzjali, minn naħa, li tevoka xogħol eżistenti, filwaqt li jkollha differenzi perċettibbli meta pparagunata miegħu, u, min-naħa l-oħra, li tikkostitwixxi manifestazzjoni ta’ umoriżmu jew tmasħir. Il-kunċett ta’ “parodija”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma huwiex suġġett għal kundizzjonijiet li jgħidu li l-parodija għandha jkollha natura oriġinali tagħha stess, barra minn dik li jkollha differenzi perċettibbli meta pparagunata max-xogħol oriġinali li jkun is-suġġett tal-parodija, li għandha tkun tista’ raġonevolment tiġi attribwita lil persuna li ma tkunx l-awtur tax-xogħol oriġinali stess, li għandha tirrigwarda x-xogħol oriġinali stess jew li għandha ssemmi s-sors tax-xogħol li jkun is-suġġett tal-parodija.

    Għalhekk, l-applikazzjoni, f’sitwazzjoni konkreta, tal-eċċezzjoni għal parodija, fis-sens tal-Artikolu 5(3)(k) tad-Direttiva 2001/29, għandha tosserva bilanċ ġust bejn, minn naħa, l-interessi u d-drittijiet tal-persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-direttiva u, min-naħa l-oħra, il-libertà ta’ espressjoni tal-utent ta’ xogħol protett li jibbaża ruħu fuq l-eċċezzjoni għal parodija, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 5(3)(k).

    Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża prinċipali, jekk l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni għal parodija, fis-sens tal-Artikolu 5(3)(k) tad-Direttiva 2001/29, bis-suppożizzjoni li d-disinn inkwistjoni fil-kawża prinċipali jwieġeb għall-imsemmija karatteristiċi essenzjali tal-parodija, tosservax dan il-bilanċ ġust.


    (1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


    Top