Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0029

    Kawża T-29/12: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Jannar 2012 — Bauer vs UASI — BenQ Materials (Daxon)

    ĠU C 80, 17.3.2012, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 80/23


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2012 — Bauer vs UASI — BenQ Materials (Daxon)

    (Kawża T-29/12)

    2012/C 80/39

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Erika Bauer (Schaufling, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Merz, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BenQ Materials Corp. (Gueishan Taoyuan, it-Tajwan)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla, fl-intier tagħha, id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Novembru 2011 fil-Każ R 2191/2010-2;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: BenQ Materials Corp.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Daxon” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 10

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “DALTON” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 18, 25, 35, 41 u 44

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


    Top