Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0375

Kawża T-375/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Brouwerij Van Honsebrouck vs UASI – Beverage Trademark (KASTEEL) (“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea – Trade mark verbali KASTEEL – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CASTEL BEER – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Probbabiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”)

ĠU C 16, 19.1.2015, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Brouwerij Van Honsebrouck vs UASI – Beverage Trademark (KASTEEL)

(Kawża T-375/12) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark verbali KASTEEL - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CASTEL BEER - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probbabiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”)

(2015/C 016/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Brouwerij Van Honsebrouck (Ingelmunster, il-Belġju) (rappreżentant: P. Maeyaert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Beverage Trademark Co. Ltd BTM (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Dequiré-Portier, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 652/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Beverage Trademark Co. Ltd BTM u Brouwerij Van Honsebrouck.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Brouwerij Van Honsebrouck għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Beverage Trademark Co. Ltd BTM.


(1)  ĠU C 343, 10.11.2012.


Top